Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Diċembru 2012 - Füller-Tomlinson vs Il-Parlament
(Kawża T-390/10 P)
("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Sigurtà soċjali - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Iffissar tar-rata ta'invalidità kkaġunata mix-xogħol - Applikazzjoni tal-iskala Ewropea ta' evalwazzjoni għal finijiet mediċi ta' ħsara għas-saħħa fiżika u mentali - Żnaturament tal-fatti - Terminu raġonevoli")
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-1 ta' Lulju 2010, Füller-Tomlinson vs Il-Parlament (F-97/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u bil-għan tal-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Paulette Füller-Tomlinson għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-kawża preżenti.
____________1 - ĠU C 301, 06.11.2010.