Language of document : ECLI:EU:T:2014:1031





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
Feralpi vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑70/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Nuqqas ta’ kompetenza — Bażi legali — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, proporzjonalità u ugwaljanza tal-armi — Kriterji ta’ imputazzjoni — Definizzjoni tas-suq — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Multi — Preskrizzjoni — Gravità — Tul”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Preżunzjoni ta’ validità — Att ineżistenti — Kunċett (Artikolu 249 KE) (ara l-punti 50-53)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha — Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikoli 15 KEFA u 36 KEFA) (ara l-punti 56-61, 82)

3.                     Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Elementi esposti suffiċjentement skont il-liġi fit-test tad-deċiżjoni (Artikolu 219 KE) (ara l-punti 84-86)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Deċiżjoni tal-Kumissjoni li tikkonstata wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA ksur tal-Artikolu 65 KEFA u li tissanzjona l-impriża inkwistjoni — Bażi legali kkostitwita mill-Artikolu 7(1) u mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7(1) u 23(2)) (ara l-punti 94-99)

5.                     Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kontinwità tas-sistema ta’ kompetizzjoni libera taħt it-Trattat KEFA — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni li taġixxi fl-ambitu legali tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 100-115)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Skadenza tat-Trattat KEFA — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni adottata wara din l-iskadenza u li tipprevedi fatti li jippreċeduha — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ nulla poena sine lege — Sitwazzjonijiet legali miksuba qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA — Issuġġettar għas-sistema legali tat-Trattat KEFA (Artikolu 65(1) KEFA; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 117, 118, 120-122)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament tal-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida fuq il-bażi ta’ bażi legali oħra u ta’ atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li tagħmel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza (Artikolu 65 KEFA) (ara l-punti 133-142, 147, 148)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Portata — Rifjut li jiġi kkomunikat dokument li huwa prova kontra — Konsegwenzi fuq l-oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-impriża kkonċernata (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2)) (ara l-punt 144)

9.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Effetti li jistgħu jikkonsistu fi tnaqqis tal-multa (Artikolu 65(1) KEFA; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 152-155)

10.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Drittijiet tad-difiża — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li ssemmi dokument mhux anness — Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża fil-każ ta’ aċċess għal dan id-dokument qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti għat-tweġiba (ara l-punti 168, 169)

11.                     Kompetizzjoni — Impriża — Kunċett — Unità ekonomika — Imputazzjoni tal-ksur — Persuna ġuridika responsabbli għat-tmexxija tal-impriża matul il-ksur — Imputazzjoni lil entità li tissuċċedi lil dik li wettqet il-ksur fl-attività ekonomika fis-suq ikkonċernat — Assenza ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 177-179)

12.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni tal-użu ta’ informazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-aġir fis-suq (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 201-204, 269)

13.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad tas-saħħa probatorja meħtieġ mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur (Artikolu 65(1) KEFA; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 206-215, 239)

14.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Kontradizzjoni fil-motivazzjoni — Kundizzjonijiet — Effetti (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 220)

15.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Responsabbiltà għal aġir imwettaq minn impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur — Ammissibbiltà — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 225, 226, 301-306)

16.                     Kompetizzjoni — Multi — Evalwazzjoni skont l-aġir individwali tal-impriża — Effett tal-assenza ta’ sanzjoni kontra operatur ekonomiku ieħor — Assenza (ara l-punti 227, 293)

17.                     KEFA — Prezzijiet — Listi ta’ prezzijiet — Pubbliċità obbligatorja — Kompatibbiltà mal-projbizzjoni tal-akkordji (Artikolu 60 KEFA u 65(1) KEFA) (ara l-punti 243, 297)

18.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Provi dokumentali — Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument — Kriterji — Assenza ta’ inizjali u ta’ firma — Assenza ta’ effett (Artikolu 65 KEFA) (ara l-punt 250)

19.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Stakkament pubbliku — Interpretazzjoni restrittiva (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 254, 285)

20.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 317)

21.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Metodu ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi ta’ flessibbiltà — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1 A u 1 B) (ara l-punti 331, 342-344)

22.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 334-336)

23.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tqassim tal-impriżi kkonċernati f’kategoriji li għandhom punt ta’ tluq speċifiku — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 360-365, 367, 368)

24.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna — Rwol fundamentali tal-kriterju dedott min-natura tal-ksur — Assenza ta’ awtonomija ta’ dak dedott mid-daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna minkejja l-limitazzjoni tiegħu għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 372, 380, 392-294)

25.                     Kompetizzjoni — Multi — Kuntest ġuridiku — Determinazzjoni — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni — Natura indikattiva (Artikolu 65 KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 376)

26.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Iffissar tal-prezzijiet — Obbligu tal-Kummissjoni li tirreferi, għall-evalwazzjoni tal-effet ta' ksur, għas-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fl-assenza tagħha (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 381, 382)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 — Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 10.25 miljun għal ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Feralpi Holding SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.