Language of document : ECLI:EU:T:2010:173





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2010 – Xeda International u Pace International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Deċiżjoni dwar in‑nuqqas ta’ inklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju – Tibdil b’mod irrimedjabbli ta’ ishma tas-suq - Inklużjoni - Kundizzjonijiet - Evalwazzjoni fir-rigward tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp li tiegħu hija parti l-kumpannija (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 39, 41-48)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tad‑Direttiva 91/414 - Riskju li normalment għandha tbatih impriża li topera fis-suq tal-protezzjoni tal-pjanti - Nuqqas ta’ gravità tad-dannu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 55-59)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/859/KE, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, p. 79), sal-għoti tas-sentenza fuq ir-rikors prinċipali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżjorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.