Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awwissu 2012 - American Express Marketing & Development vs UASI (EUROPE IP ZONE)

(Kawża T-369/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: American Express Marketing & Development Corp. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Spitz, A. Gaul, T. Golda, u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 1451/2011-2;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 1451/2011-2, u tiddeċiedi li l-appell huwa ġustifikat; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "EUROPE IP ZONE" għal servizzi fil-klassi 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9488032

Deċiżjoni tal-eżaminatur: l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________