Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awwissu 2012 - Brouwerij Van Honsebrouck vs UASI - Beverage Trademark (KASTEEL)
(Kawża T-375/12)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Brouwerij Van Honsebrouck (Ingelmunster, il-Belġju) (rappreżentant: P. Maeyaert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Beverage Trademark Co. Ltd BTM (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 652/2011-2;
tikkundanna lill-UASI u l-Beverage Trademark Co. Ltd BTM għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark internazzjonali verbali "KASTEEL" għal prodotti fil-klassi 32 - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 975 634
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Beverage Trademark Co. Ltd BTM
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali "CASTEL BEER" għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati:
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009;
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
____________