Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2015 – REWE-Zentral vs UASI – Planet GDZ (PRO PLANET)

(Kawża T-373/12) 1

(“Trade mark komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Kinkeldey u A. Bognár, sussegwentement M. Kinkeldey u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Planet GDZ AG (Tagelswangen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment M. Nentwig u G. M. Becker, sussegwentement M. Nentwig, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta Ġunju 2012 (Każ R 1350/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Planet GDZ AG u REWE-Zentral AG.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

REWE-Zentral AG u Planet GDZ AG huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 319, 20.10.2012.