Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-2 ta’ April 2024 – NR vs Ministero della Difesa, Comando Generale dell’Arma dei Carabinieri, Comando Generale Carabinieri - Centro Nazionale Amministrativo - Chieti, Centro Amministrativo d’Intendenza Interforze del Contingente delle Forze Armate Italiane in Afghanistan, Centro Nazionale Amministrativo dell’Arma dei Carabinieri

(Kawża C-238/24, Tartisai 1 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NR

Konvenuti: Ministero della Difesa, Comando Generale dell’Arma dei Carabinieri, Comando Generale Carabinieri - Centro Nazionale Amministrativo - Chieti, Centro Amministrativo d’Intendenza Interforze del Contingente delle Forze Armate Italiane in Afghanistan, Centro Nazionale Amministrativo dell’Arma dei Carabinieri

Domandi preliminari

Liema hija l-interpretazzjoni eżatta tal-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) 1 , jew, fi kliem ieħor, din id-dispożizzjoni kienet intiża jew le li tipprevedi kumulu bejn l-allowances imħallsa mill-Istat Membru u dawk mogħtija mill-EUPOL?

Fil-każ li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-allowances imsemmija huma kumulabbli, l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2010/279 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 3(1) tal-Liġi Nru 108/2009, sa fejn dan l-artikolu jipprevedi li “l-persunal li jipparteċipa f’missjonijiet internazzjonali koperti minn din il-liġi għandu jirċievi, net wara t-tnaqqis tas-somom miżmuma, għat-tul kollu tal-perijodu u minbarra s-salarju jew allowances oħra ta’ natura fissa u kontinwa, l-allowance tal-missjoni msemmija fid-Digriet Irjali Nru 941 tat-3 ta’ Ġunju 1926, […], wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe allowance u kontribuzzjonijiet imħallsa bl-istess mod lill-persuni kkonċernati direttament mill-organi internazzjonali”, kif ukoll fl-Artikolu 1 tad-Digriet Irjali Nru 941 tat-3 ta’ Ġunju 1926, fl-Artikolu 1(1)(b) u fl-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 642 tat-8 ta’ Lulju 1961, u fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Liġi Nru 838 tas-27 ta’ Diċembru 1973, skont l-interpretazzjoni ġurisprudenzjali mfakkra iktar ’il fuq, li għandha l-għan li teskludi l-kumulu ta’ allowances?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2010, L 123, p. 4.