Language of document : ECLI:EU:T:2017:203





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 –
L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/17 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Taxxa Ungeriża dwar id-dħul mill-bejgħ marbut mar-reklamar – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 7-10)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru – Obbligu li jiġi stabbilit effett serju fuq il-funzjonijiet tal-istat, fuq l-ordni pubbliku jew fuq settur sħiħ tal-ekonomija fl-assenza tal-miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikoli 256 TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 14-21)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6929 finali, tal‑4 ta’ Novembru 2016, dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN), implementata mill-Ungerija fil-qasam tat-tassazzjoni tad-dħul mir-reklamar.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.