Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/17) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Taxxa Ungeriża fuq id-dħul mill-pubblikazzjoni tar-reklamar – Progressività tar-rati ta’ tassazzjoni – Tnaqqis tal-bażi taxxabbli b’50 % tat-telf ittrasferit għall-kumpanniji li ma għamlux profitt fl-2013 – Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjoni relatata mas-selettività”)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M.-Z. Fehér, G. Koós u E.-Zs. Tóth, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz, A. Kramarczyk – Szaładzińska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/329, tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Ungerija dwar it-taxxa tad-dħul mir-reklamar (ĠU 2017, L 49, p. 36).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/329, tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Ungerija dwar it-taxxa tad-dħul mir-reklamar, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Ungerija, inkluż dawk li huma relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 78, 13.3.2017.