Language of document : ECLI:EU:T:2011:202





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011 – Emram vs UASI – Guccio Gucci (G)

(Kawża T‑187/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G – Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti G – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark – Sinjali komposti minn ittra jew minn għaqda ta’ ittri - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 4, 7 u 8(1)(b)) (ara l-punt 49)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 55, 74, 78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Maurice Emram.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Maurice Emram

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva G għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 2421402

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Guccio Gucci SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi G għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjonijiet tal-Bord:

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maurice Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.