Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' April 2009 - Félix Muñoz Arraiza vs UASI- Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (RIOJAVINA)

(Kawża T-138/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Félix Muñoz Arraiza (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (Logroño, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Jannar 2009 fil-Każ R 721/2008-2, billi tilqa' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "RIOJAVINA" (trade mark verbali) fil-klassijiet 29, 10 u 35; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Félix Muñoz Arraiza

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "RIOJAVINA" (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4.121.621) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Diversi trade marks irriġestrati, fosthom it-trade mark figurattiva Komunitarja "RIOJA" (Nru 226.118), għal prodotti fil-klassi 33 u t-trade mark figurattiva internazzjonali "RIOJA" (Nru 655.291), għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1.) [sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-Trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1].

____________