Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ġunju 2012 - Interkobo vs UASI - XXXLutz Marken (my baby)

(Kawża T-523/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva my baby - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MYBABY u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mybaby - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' produzzjoni ta' provi bil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni - Aspettattivi leġittimi - Regola 19(3), Regola 20(1) u Regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Interkobo sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Skubisz u K. Ziemski, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Settembru 2010 (Każ R 88/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Interkobo sp. z o.o. u XXXLutz Marken GmbH

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Interkobo sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011.