Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Ġunju 2009 - UniCredit SpA vs UASI - Union Investment Privatfonds (UniCredit)

(Kawża T-4/09)1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni- M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: UniCredit SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Zindel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Novembru 2008 (Każ R 1449/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn UniCredit SpA u Union Investment Privatfonds GmbH.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009