Language of document :

Rikors ippreżentat fil- 5 ta' Jannar 2009 - UniCredit vs UASI - Union Investment Privatfonds (UniCredit)

(Kawża T-4/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: UniCredit SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, avvocato, R. Floridia, avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1449/2006-2, dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B699.746.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: UniCredit SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva bil-kulur "1 (li djagonalment jaqsam ċirku) UniCredit" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.911.105), sa biex issir distinzjoni bejn prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Union Investment Privatfonds GmbH.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks verbali Ġermaniżi "UniSECTOR", "UniDynamicFonds" u "UniGarant" għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa sa fejn tikkonċerna s-servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx inkunsiderazzjoni la l-kapaċità ta' perċezzjoni tal-pubbliku li għalih huma intiżi s-servizzi inkwistjoni u lanqas il-karattru distintiv ineżistenti jew skars tal-prefiss "Uni".

____________