Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2010 - Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/09) 1

"Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika minħabba l-inċident nukleari ta' Thule (il-Groenlandja) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bent Hansen (Aarslev, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta' Mejju 2006, li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u sabiex jiġu applikati dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta' Thule (il-Groenlandja).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bent Hansen huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU 69, 21.03.2009.