Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Frar 2011 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/09)1

("Għajnuna mill-Istat - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti - Modifika maħsuba mill-awtoritajiet Taljani ta' skema ta' għajnuna awtorizzata bil-quddiem mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, C.Urraca Caviedes u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta' Ottubru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplementa permezz ta' modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009.