Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 – Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat)
(Kawżi T-299/09 u T-300/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 16)
2. Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 17-19)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 63, 65, 73)
Suġġett
| Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2009 (Każijiet R 1330/2008‑1 u R 1329/2008‑1), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u tat-taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat bħala trade marks Komunitarji. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade marks Komunitarji: | Gühring OHG |
Trade marks Komunitarji kkonċernati: | Trade mark li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6703581 Trade mark li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6703565 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Reġistrazzjonijiet irrifjutati |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appelli miċħuda |
Dispożittiv
1) | | Il-Kawżi T‑299/09 u T‑300/09 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) | | Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) | | Gühring OHG hija kkundannata għall-ispejjeż. |