Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Settembru 2010 - Schemaventotto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/09) 1

"Rikors għal annullament - Konċentrazzjonijiet - Abbandun ta' pjan ta' konċentrazzjoni - Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Schemaventotto SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini, G. Rizza u M. Piergiovanni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Abertis Infraestructuras, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent u P. Callol García, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni jew deċiżjonijiet allegatament kontenuti fl-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta' Awwissu 2008 dwar il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), sa fejn din tikkonċerna konċentrazzjoni bejn l-intervenjenti u Autostrade SpA (Każ COMP/M.4388 - Abertis/Autostrade)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Schemaventotto SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Abertis Infraestructuras, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 82, 4.4.2009.