Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 taʼ Marzu 2013 – Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Talanton Anonimi Emporiki - Simvouleftiki-Ekpaideftiki Etairia Dianomon, Parochis Ipiresion Marketigk kai Dioikisis Epicheiriseon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li r-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea tal-ispejjeż tar-rikorrenti li jammontaw għal ħames mija u tmienja u sebgħin elf, disa’ mija u sebgħa u tletin ewro (EUR 578 937), fir-rigward tal-kuntratt għall-proġett “A sophisticated multi-parametric system for the continuous - effective assessment and monitoring of motor status in Parkinson’s disease and other neurodegenerative diseases (PERFORM)ˮ abbażi tar-riżultat tar-Rapport ta’ verifika 11-BA135-006 jikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha u li r-rikorrenti għandha tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ wieħed u għoxrin elf mija u wieħed u sebgħin ewro (EUR 21 171) u mhux is-somma ta’ erba’ mija u sebgħa u tmenin elf mija u wieħed ewro (EUR 487 101) flimkien mal-kumpens għad-danni li għandhu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea;

tiddikjara li r-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea tal-ispejjeż tar-rikorrenti li jammontaw għal mija u tlieta u ħamsin elf mija u sbatax-il ewro (EUR 153 117), fir-rigward tal-kuntratt għall-proġett “Point-of-Care MONitoring and Diagnostics for Autoimmune Diseases (POCEMON)ˮ abbażi tar-Rapport ta’ verifika 11-BA135-006 jikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha u li r-rikorrenti għandha tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ mija u tlieta u erbgħin elf sitt mija u wieħed u sebgħin ewro (EUR 143 671) u mhux is-somma ta’ mitejn u tlieta u sebgħin elf ħames mija u disa’ u ħamsin ewro u tlieta u sittin ċenteżmu (EUR 273 559.63) flimkien mal-kumpens għad-danni li għandhu jiġi stabblit mill-Kummissjoni Ewropea.Motivi u argumenti prinċipaliPermezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tressaq żwewġ azzjonijiet flimkien.L-ewwel nett, azzjoni bbażat fuq ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-Kuntratt FP7-215952 dwar l-eżekuzzjoni tal-proġett “A sophisticated multi-parametric system for the continuous - effective assessment and monitoring of motor status in Parkinson’s disease and other neurodegenerative diseases (PERFORM)ˮ u għar-Rapport ta’ verifika 11-BA135-006, skont l-Artikolu 272 TFUE. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha kif ukoll għall-ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u ta’ proporzjonalità.It-tienie nett, azzjoni ibbażat fuq ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-Kuntratt FP7-216088 dwar l-eżekuzzjoni tal-proġe

tt “Point-of-Care MONitoring a

nd Diagnostics for Autoimmune Diseases (POCEMON)ˮ u għar-Rapport ta’ verifika

 11-BA135-006, skont l-Artikolu 272 TFUE. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha kif ukoll għall-ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u ta’ proporzjonalità.