Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2013 – Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/13 R)

[“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż eliġibbli – Rimbors ta’ somom mogħtija – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketigk kai Dioikisis Epicheiriseon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Cordewener u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ bosta atti li jikkonċernaw ir-rimbors ta’ somom mogħtija lir-rikorrenti abbażi ta’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.