Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Comune di Milano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ ground handling – Injezzjonijiet ta’ kapital magħmula minn SEA favur Sea Handling – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna – Imputabbiltà lill-Istat – Kriterju ta’ investitur privat – Prinċipju ta’ kontradittorju – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement minn S. Grassani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225, tad-19 ta’ Diċembru 2012, rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Comune di Milano huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 129, 4.5.2013.