Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Wehrheim vs BĊE

(Kawża T-100/18) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Remunerazzjoni –Allowance tal-espatrijazzjoni – Tneħħija – Responsabbiltà –Danni materjali u morali – Nuqqas amministrattiv)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christine Wehrheim (Offenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u A. Andrzejewska, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża li tikseb kumpens għad-danni materjali u morali li allegatament ġarrbet ir-rikorrenti bħala riżultat tal-iżball imwettaq mill-BĊE meta stabbilixxa d-drittijiet pekunjarji tagħha fil-mument tar-reklutaġġ tagħha, li wassal għall-għoti ta’ allowance tal-espatrijazzjoni li insegwitu tneħħa.

Dispożittiv

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 1 000 lil Christine Wehrheim għad-dannu morali, miżjud bl-interessi, mill-għoti ta’ din is-sentenza, bir-rata stabbilita mill-BĊE għal operazzjionijiet prinċipali ta’ rifinanzjament bi 3.5 punti perċentwali, sad-data tal-ħlas mill-BĊE tal-ammont ta’ EUR 1 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

C. Wehrheim u l-BĊE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 152, 30.4.2018.