Language of document : ECLI:EU:T:2012:295





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 taʼ Ġunju 2012 — Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI — Promotora Imperial (iHotel)

(Kawża T-277/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti taʼ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iHotel — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti i-hotel — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà taʼ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju taʼ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 42, 73, 93, 96)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 taʼ Frar 2011 (Każ R 832/2010‑1), fir-rigward taʼ proċedimenti taʼ oppożizzjoni bejn Promotora Imperial, SA u Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.