Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad - il-Bulgarija) - Kremikovtzi AD vs Ministar na ikonomikata, energetikata i turizma i zamestnik-ministar na ikonomikata, energetikata i turizma

(Kawża C-262/11) 

(Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Unjoni Ewropea - Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Bulgarija - Settur tal-azzar - Għajnuna pubblika għar-ristrutturazzjoni mogħtija qabel l-adeżjoni - Kundizzjonijiet - Vijabbiltà tal-benefiċjarji fi tmiem il-perijodu ta' ristrutturazzjoni - Dikjarazzjoni ta' insolvenza ta' benefiċjarju wara l-adeżjoni - Kompetenzi rispettivi tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni Ewropea - Deċiżjoni nazzjonali li tikkonstata l-eżistenza ta' dejn pubbliku li jikkonsisti f'għajnuna li saret illegali - Deċiżjoni UE-BG Nru 3/2006 - Anness V tal-Att ta' Adeżjoni - Għajnuna applikabbli wara l-adeżjoni -Regolament (KE) Nru 659/1999 - Għajnuna eżistenti)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kremikovtzi AD

Konvenut: Ministar na ikonomikata, energetikata i turizma i zamestnik-ministar na ikonomikata, energetikata i turizma

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Administrativen sad Sofia-grad - Interpretazzjoni tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 59, p. 201) u tal-paragrafu 1 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2005, L 157, p. 203), kif ukoll tal-Artikolu 9(4) tal-Protokoll Nru 2 dwar prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (KEFA), tal-Artikolu 3 tal-Protokoll addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra (ĠU L 317, p. 25) u tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) - Għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea lill-impriżi tal-azzar fil-kuntest ta' programm ta' ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata l-eżistenza ta' dejn pubbliku li jikkonsisti fl-għajnuna mill-Istat li saret illegali wara d-dikjarazzjoni ta' insolvenza tal-benefiċjarju - Kompetenzi rispettivi tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiddeċiedu dwar l-inkompatibbiltà mas-suq komuni ta' għajnuna mill-Istat u li jitolbu l-irkupru tagħha bħala għajnuna illegali

Dispożittiv

Proċedura ta' rkupru ta' għajnuna pubblika mogħtija lil Kremikovtzi qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni, miżuri ta' għajnuna li, wara din l-adeżjoni , ma kinux "applikabbli" fis-sens tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandha, f'każ ta' ksur tal-kundizzjonijiet magħmula fl-Artikolu 9(4) tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, konkluż u approvat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 94/908/KEFA, KE, Euratom, tad-19 ta' Diċembru 1994 tkun fondata fuq l-Artikolu 3 tal-Protokoll Addizzjonali għal dan il-ftehim Ewropew, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Bulgarija, tad-29 ta' Diċembru 2006. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tar-Repubblika tal-Bulgarija jistgħu, skont it-tielet paragrafu ta' dan l-artikolu, jadottaw deċiżjoni ta' rkupru ta' għajnuna pubblika li ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet. Deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 ta' dan il-protokoll addizzjonali ma tikkostitwixxix kundizzjoni qabel l-irkupru, minn dawn l-awtoritajiet, ta' tali għajnuna.

____________

1 - ĠU C 232, 06.08.2011.