Language of document : ECLI:EU:C:2013:409

Kawża C‑653/11

Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

vs

Paul Newey

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 2(1) u 6(1) — Kunċett ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ — Provvista ta’ servizzi ta’ reklamar u ta’ senserija ta’ kreditu — Eżenzjonijiet — Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet — Prattiki abbużivi — Tranżazzjonijiet li għandhom biss l-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi — Identifikazzjoni tal-fornitur u tal-benefiċjarju — Possibbiltà li jiġu injorati t-termini kuntrattwali f’każ ta’ skema purament artifiċjali li jkollha unikament l-għan ta’ vantaġġ fiskali — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 2(1), u 6(1))

It-termini kuntrattwali, anki jekk jikkostitwixxu fatt li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, ma humiex determinanti għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-fornitur u tal-benefiċjarju ta’ “provvista ta’ servizzi”, skont l-Artikolu 2(1) u 6(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ. B’mod partikolari, dawn it-termini jistgħu jiġu injorati jekk jirriżulta li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika u kummerċjali iżda jikkostitwixxu skema purament artifiċjali li tkun mingħajr realtà ekonomika u li titwettaq unikament bil-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali, kwistjoni li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju.

(ara l-punt 52 u d-dispożittiv)