Language of document : ECLI:EU:T:2011:174





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Sociedad Agricola Requingua vs UASI – Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)

(Kawża T-358/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO DE PIEDRA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti D. ORIGEN TORO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 29, 40, 42)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 51, 52)

3.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 1117/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro u s-Sociedad Agricola Requingua Ltda.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Sociedad Agricola Requingua Ltda

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali TORO DE PIEDRA għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4000501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva Komunitarja D. ORIGEN TORO, irreġistrata għal prodotti fil-klassi 33; trade mark figurattiva Spanjola Denominación de Origen TORO irreġistrata għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sociedad Agricola Requingua Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.