Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/11)1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tintalab informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, T. Holzmüller u P. Pichler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2361 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, (Każ 39520 - Siment u prodotti relatati)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

HeidelbergCement AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1  ĠU C 238, 13.8.2011.