Language of document : ECLI:EU:T:2014:642





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2014 –
Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T‑84/12)

“Rikors għal annullament u għad-danni — Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li titneħħa l-immunità — Eżami mill-ġdid — Deċiżjoni li ma tiġix difiża l-immunità — Inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27-29)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti tal-Parlament intiżi li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi — Deċiżjoni li tipprovdi għat-tneħħija tal-immunità ta’ membru parlamentari — Inklużjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Protokoll dwar il-privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea) (ara l-punt 39)

3.                     Rikors għal annullament — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija — Inammissibbiltà — Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva — Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti u abbażi ta’ provi ġodda — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 40)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għar-riżarċiment tad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Assenza ta’ indikazzjonijiet dwar id-dannu subit u dwar ir-rabta kawżali — Inammissibbiltà (Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 61, 68)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma tiġix difiża l-immunità parlamentari tar-rikorrent u li tinċaħad it-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli

2)

Viktor Uspaskich huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.