Language of document : ECLI:EU:T:2013:239





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013 — Régie Networks u NRJ Global vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑273/11)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna implementata minn Franza għax-xandir bir-radju — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern, taħt ċerti kundizzjonijiet — Kawżi għall-ħlas lura tat-taxxi miġbura indebitament li ġew ippreżentati preċedentement fuq livell nazzjonali — Effetti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Regolarizzazzjoni a posteriori tal-atti tad-dritt nazzjonali relatati mal-għoti tal-għajnuna — Assenza — Deċiżjoni li ma hijiex sfavorevoli għar-rikorrent — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà (Artikolu 108(3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27‑30, 37)

2.                     Dritt tal-Unjoni — Effett dirett — Taxxi nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Ħlas lura — Modalitajiet — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Termini ta’ dekadenza — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Osservanza tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kundizzjonijiet għall-azzjoni għal ħlas lura ma’ dawk għal ilmenti simili ta’ natura interna (ara l-punti 32‑36)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6483 finali, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna C 4/09 (ex N 679/97) li [r-Repubblika Franċiża] implementat għax-xandir bir-radju u li tiddikjara l-imsemmija skema kompatibbli mas-suq intern, suġġett għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Régie Networks u NRJ Global huma kkundannati għall-ispejjeż.