Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2010 - Crocs vs UASI - Holey Soles and Partenaire Hospitalier International (Representation of footwear)

(Kawża T-302/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crocs, Inc. (Delaware, USA) (rappreżentant: I. R. Craig, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Holey Soles Holdings Ltd (Vancouver, il-Kanada) u Partenaire Hospitalier International (La Haie Foissière, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 9/2008-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Nru 257001-0001 (Xedd is-saqajn)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Iddikjarat id-disinn Komunitarju invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħdet l-appell

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 7(1) u 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod żbaljat id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-artikoli u ġie żgwidat għal konklużjonijiet żbaljati fir-rigward tal-oriġinalità, il-karattru individwali u l-funzjoni teknika tad-disinn Komunitarju.

____________