Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 minn Tinnus Enterprises LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-555/21 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)
(Kawża C-358/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Tinnus Enterprises LLC (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig u T. Wuttke, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tal-11 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma jiġix ammess u li Tinnus Enterprises LLC għandha ssostni l-ispejjeż tagħha stess.
____________