Language of document : ECLI:EU:T:2012:121





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 — EyeSense vs UASI — Osypka Medical (ISENSE)

(Kawża T-207/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ISENSE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EyeSense — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 18, 42-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Frar 2011 (Każ R 1098/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EyeSense AG u Osypka Medical GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EyeSense AG hija kkundannata għall-ispejjeż.