Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 - SPA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-417/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedade Portugesa de Autores CRL (SPA) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 - CISAC); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annaullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008 (Każ COMP/C2/38.698 - CISAC), dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. B'mod partikolari, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li tiddikjara li l-limiti territorjali tal-mandati reċiproki ta' rappreżentazzjoni mogħtija minn soċjetà ta' awturi lil soċjetà oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08, IMRO vs Il-Kummissjoni.

____________