Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ottubru 2010 - Alliance One International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/05) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta' tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Obbligu ta' motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Trattament ugwali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance One International, Inc., li qabel kienet Standard Commercial Corp. (Danville, Virginia, l-Istati Uniti); Standard Commercial Tobacco Co., Inc. (Wilson, North Carolina, l-Istati Uniti); u Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd, (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Odriozola Alén, M. Marañon Hermoso u A. Emch, sussegwentement minn M. Odriozola Alén, M. Barrantes Diaz u A. João Vide, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (każ COMP/C.38.238/B.2 - Tabakk mhux maħdum - Spanja).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE], (Każ COMP/C.38.238/B.2 − Tabakk mhux maħdum - Spanja), hija annullata sa fejn tirrigwarda lil Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Co., Inc. u Trans-Continental Leaf Tobacco huma kkundannati għal żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u din tal-aħħar hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

____________

1 - ĠU C 82, 2.4.2005.