Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Settembru 2010 - Deltafina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/05)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta' tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Qbil bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kkontestata - Drittijiet tad-difiża - Definizzjoni tas-suq inkwistjoni - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta' mexxej - Kooperazzjoni")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Deltafina SpA (Orvieto, l-Italja) (rappreżentanti: R. Jacchia, A. Terranova, I. Picciano, F. Ferraro, J.-F. Bellis, u F. Di Gianni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali tal-20 ta' Ottubru 2004 dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 − Tabakk mhux maħdum - Spanja), u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

L-ammont tal-multa imposta fuq Deltafina SpA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C (2004) 4030 finali tal-Kummissjoni, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 − Tabakk mhux maħdum - Spanja), huwa ffissat għal EUR 6 120 000.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

Deltafina għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Kummissjoni tbati kwart mill-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Deltafina.

____________

1 - ĠU C 82, 2.4.2005.