Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Primagran vs EUIPO – Primagaz (PRIMA)

(Kawża T-1162/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Primagran sp. z o.o. (Stegna, il-Polonja) (rappreżentanti: R. Skubisz u T. Drab, radcy prawni, u E. Stec-Dobroczyńska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Primagaz SAS (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiv tal-Unjoni Ewropea “PRIMA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 024 541

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 213/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u f’każ li l-parti l-oħra tingħaqad mal-proċeduri, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1(c) tal-UERTM;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1(b) tal-UERTM;

Ksur tal-aspettattivi leġittimi.

____________