Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2023 – Ghiassi vs EUIPO – Hersill (VITAE)
(Kawża T-1153/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ardeshir Ghiassi (Unna, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Vierkötter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hersill, SL (Móstoles, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VITAE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 078 858
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2392/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura tal-appell.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________