DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(Qorti Plenarja)
22 ta’ Mejju 2007
Kawża F-1/05
Pia Landgren
vs
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
“Kumpens provviżorju”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skond l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu P. Landgren u l-ETF informaw lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li huma ma waslux għal ftehim dwar l-ammont tal-kumpens fi flus dovut mill-ETF lir-rikorrenti, wara s-sentenza interlokutorja mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-26 ta’ Ottubru 2006 (F-1/05, Landgren vs ETF, ĠabraSP p. I‑A‑1‑123 u II-A-1-459), u t-tnejn ippreżentaw talbiet dwar il-kwantifikazzjoni ta’ dan l-ammont.
Deċiżjoni: L-ammont tal-kumpens fi flus dovut mill-ETF lir-rikorrenti huwa stabbilit, b’mod provviżorju, għal EUR 39 000. L-ispejjeż huma rriżervati.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Ġurisdizzjoni sħiħa – Annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ membru tal-persunal temporanju
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))