Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - ancotel vs UASI - Acotel (ancotel.)

(Kawża T-408/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja ancotel - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti ACOTEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ancotel GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Acotel SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn D. De Simone u D. Demarinis, avukati, sussegwentement minn D. De Simone, D. Demarinis u J. Wrede, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1385/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Acotel SpA u ancotel GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1385/2008-1) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn ancotel GmbH.

Acotel SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.