Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2010 - Trautwein vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kelb)
"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Czychowski, A. Nordemann u A. Dustmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Ġunju 2008 (Każ R 1734/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta kelb bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 313, 06.12.2008.