Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Novembru 2012 - H-Holding vs Il-Parlament

(Kawża T-672/11) 

("Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Rikors għad-danni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H-Holding AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Závodný, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u P. Schonard, aġenti)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament astjena illegalment milli jressaq proċeduri għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu kontra r-Repubblika Ċeka u milli jitlob lill-OLAF jiftaħ investigazzjoni li tinvolvi partit politiku Ċek, wara l-petizzjoni tagħha tal-24 ta' Awwissu 2011, u, min-naħa l-oħra, li jinkiseb kumpens għad-dannu subit minħabba dan l-allegat nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Parlament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

H-Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 235, 04.08.2012