Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2011 - Petroci vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/11) 1

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni tal-Côte d'Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale d'opérations pétrolières de la Côte d'Ivoire Holding (Petroci Holding) (Abidjan, Côte d'Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jistabbilixxu miżuri restrittivi li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rirkos.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 139, 7.5.2011.