Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Reddig vs UASI - Morleys (Manku ta' sikkina)

(Kawża T-164/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Manku ta' sikkina - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dikjarazzjoni ta' invalidità mill-Bord tal-Appell"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reddig GmbH (Drebber, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Morleys Ltd (Preston, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Stein, M. Terbach, avukati, u E. Gunaratnam, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Diċembru 2010 (Każ R 1072/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Morleys Ltd u Reddig GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Reddig GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 152, 21.05.2011.