Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 taʼ April 2013 - Italiana Calzature vs UASI - Vicini (Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN)

(Kawża T-336/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN - Trade marks nazzjonali figurattivi u Komunitarji verbali preċedenti ZANOTTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Italiana Calzature SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vicini SpA (San Mauro Pascoli, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u M. Giorgetti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' April 2011 (Każ R 634/2010 2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn is-Società Italiana Calzature SpA u Vicini SpA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Is-Società Italiana Calzature SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 252, 27.8.2011.