Language of document : ECLI:EU:T:2012:536





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Wessang vs UASI — Greinwald (star foods)

(Kawża T‑333/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva star foods – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva star foods u trade mark verbali STAR SNACKS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2011 (Każ R 1837/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nicolas Wessang u Greinwald GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta’ April 2011 (Każ R 1837/2010‑4), hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, bl-eċċezzjoni tal-“birer”, li jaqgħu fil-klassi 32 skont il-Ftehim ta’ Nice.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Nicolas Wessang.

4)

N. Wessang għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.

5)

Greinwald GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.