Language of document : ECLI:EU:T:2013:262





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2013 — Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑335/11)

“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament –Ħlas uniku fuq l-erja — ‘Żoni żvantaġġati’ — Ħlasijiet diretti nazzjonali komplimentari — Tħaddim tas-sistema ta’ informazzjoni ġeografika u tas-sistema ta’ identifikazzjoni ta’ artijiet agrikoli — Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Proporzjonalità — Ċertezza legali — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR — Prinċipji — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 19-22, 85, 109)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 9) (ara l-punti 29, 132-135)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond — Spejjeż irregolari li ma jistgħux jiġu ddeterminati bi preċiżjoni suffiċjenti — Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjonijiet fissi — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 86-89, 112, 119)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG u mill-FAEŻR (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 143, 144)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.