Language of document : ECLI:EU:T:2014:801





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Settembru 2014 – Mikhalchanka vs Il‑Kunsill

(Kawżi magħquda T‑196/11 u T‑542/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Unjoni u għat-tranżitu minnu – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati – Ġurnalist – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà parzjali – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jagħti lok għal miżuri restrittivi kontra persuna jew entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Data tal-komunikazzjoni tal-att (ir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/69/PESK, 2011/174/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 84/2011, Nru 271/2011 u Nru 1017/2012) (ara l-punti 46‑49)

2.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni koperti minn dawn il-miżuri – Ibbażar ta’ din id-deċiżjoni fuq elementi ġodda li ma kinux jinsabu fid-deċiżjoni inizjali – Ksur tad-dritt ta’ smigħ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1017/2012) (ara l-punti 65‑76)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/69/PESK u 2011/174/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 271/2011) (ara l-punti 90‑94, 102)

4.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/69/PESK u 2011/174/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 271/2011) (ara l-punti 119‑122)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 40), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 28, p. 17), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 76, p. 72), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 76, p. 13), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1014/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), sa fejn dawn l-atti kollha jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil A. Mikhalchanka:

–        id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/69/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;

–        id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/174/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;

–        ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 271/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja;

–        id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja;

–        ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

2)

Ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tal-Kunsill li jinżammu l-effetti ratione temporis tal-atti kkontestati.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn A. Mikhalchanka.