Language of document : ECLI:EU:T:2014:896

Kawża T‑291/11

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Portovesme Srl

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffa preferenzjali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Għajnuna ġdida — Ugwaljanza fit-trattament — Terminu raġonevoli”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014

1.      Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni — Stħarriġ tal-legalità tal-att ikkontestat — Kriterji — Kunsiderazzjonijiet relatati mal-ekwità jew mal-opportunità — Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida — Estensjoni ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti lil benefiċjarji ġodda — Inklużjoni

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE)

1.      Meta quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea titressaq talba għal annullament ta’ att imsemmi fl-Artikolu 263 TFUE, il-ġurisdizzjoni tagħha hija limitata għall-istħarriġ tal-legalità tal-att ikkontestat. Il-konstatazzjoni ta’ illegalità, għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, għandha twassalha biex tannulla, skont il-każ, totalment jew parzjalment, l-att imsemmi, skont, b’mod partikolari, in-natura u l-portata tal-illegalità msemmija, mingħajr ma tista’ tiddeċiedi dwar dan l-annullament jew tibdel il-portata tiegħu għal kunsiderazzjonijiet marbuta mal-ekwità jew mal-opportunità.

(ara l-punti 44, 45)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 112-116)