Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummisjoni vs CINAR

(Kawża T-720/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, A. Duron, avukat, S. Delaude, aġent, L. Di Paolo, aġent, u J. Estrada de Solà, aġent)

Konvenuti: CINAR Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors tal-ammont ta’ GBP 25 616 favur ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-interessi fuq l-ammont prinċipali ta’ GBP 25 616 bir-rata applikata mill-Bank Ċentral Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ rifinanzjament fl-1 ta’ Diċembru 2005 (2.09 %) miżjuda b’punt u nofs, li jkopru l-perijodu ta’ bejn is-6 ta’ Diċembru 2005 sad-data tad-dħul tal-fondi li għandhom jiġi rrimborsati; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż kollha sostnuti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv li jallega li l-konvenuta ma osservatx l-obbligi kuntrattwali marbuta mal-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż mitluba. Peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta lill-konvenuta hija inferjuri għall-ammont totali mħallas mir-rikorrenti permezz ta’ ħlas antiċipat, ir-rikorrenti ssostni li skont il-kuntratt, il-konvenuta hija responsabbli għall-ħlas tas-somma dovuta.

____________