Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2023 – Laura Food vs EUIPO - Bella Tawziaa II (Thé Vert de Chine AL ASSAD HBOUB R3505 Chaara 4011)
(Kawża T-541/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Laura Food Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bella Tawziaa II SLU (Marbella, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “Thé Vert de Chine AL ASSAD HBOUB R3505 Chaara 4011” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 239 841
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 2017/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, jekk kien il-każ, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________